Kafettiera jew magna tal-kafè Coffee pot or coffee machine

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KAFETTIERA jew MAGNA TAL-KAFÈ għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAFÈ. Dan is-sinjal isir b’id waħda forma ta’ K bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id titla’ quddiem il-ħalq u tixxengel ftit ’il ġewwa lejn il-ħalq. (ii) It-tieni parti ssir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ B mgħawġa bil-pala tħares ’il ġewwa u tieqaf livell tas-sider. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn u titla’ livell mar-ras bil-pala tħares ’il ġewwa u ddur biex il-pala tiġi tħares lejn il-ġenb waqt li tinżel ftit ’il fuq mill-id il-wieqfa. Matul din it-tieni parti, x-xufftejn jintefħu bl-arja.

The sign for COFFEE POT or COFFEE MACHINE is made up of two parts. (i) The first part is the sign for COFFEE made with one hand in the shape of K with the palm facing inwards. The hand moves in front of the mouth and bends a little inwards towards the mouth. (ii) The second part is made with both hands. One hand takes the shape of bent B with palm facing inwards and stationary at chest level. The other hand takes the shape of a fist at head level with palm facing inwards. The hand turns so that the palm faces the side as it moves down just above the stationary hand. Throughout this second part, the lips swell up with air.